Tottenham Hotspur jistgħu jissieltu ma’ Manchester City għas-servizzi tal-attakkant ta’ Fiorentina Dusan Vlahovic waqt it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
L-internazzjonali Serb skorja 21 goal fis-Serie A matul l-istaġun 2020-21, filwaqt li beda l-istaġun il-ġdid f’forma impressjonanti, fejn sab ix-xibka ħames darbiet f’erba’ ħarġiet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Kemm Man City kif ukoll Spurs kienu marbuta maż-żagħżugħ ta’ 21 sena matul is-sajf, u rapport reċenti sostna li ċ-champions Ingliżi jistgħu jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom fit-tieqa tat-trasferimrnti tax-xitwa.
Tottenham ukoll għadhom interessati bis-sħiħ fis-Serb u jistgħu jagħmlu offerta għalih fil-bidu tal-2022.
Spurs huma maħsuba li huma ħerqana li jġibu attakkant ġdid fit-Tottenham Hotspur Stadium minkejja li rnexxielhom iżommu lil Harry Kane matul is-sajf fost interess sod minn Man City.
Fiorentina qed jippruvaw joofru kuntratt ġdid lil Vlahovic, bil-ftehim attwali tal-attakkant fil-club Taljan tiegħu li għandu jiskadi f’Ġunju 2023.