Tottenham Hotspur huma lesti li jikkunsidraw offerti għad-difensur lemini, Emerson Royal, fis-sajf li ġej.
L-ex player ta’ Barcelona stabilixxa ruħu mmedjatament bħala player regolari mal-ewwel 11 ta’ Spurs wara l-wasla tiegħu fl-2021 iżda tħabat biex iħalli mpatt konsistenti fit-team ta’ Antonio Conte.
Barra minn hekk, b’Matt Doherty issa qed jerġa’ jqajjem il-karriera tiegħu ma’ Tottenham fir-rwol ta’ difensur lemini, qed jitqajmu mistoqsijiet dwar il-futur fit-tul ta’ Emerson fil-club.
Huea mifhum li Tottenham huma lesti li jilqgħu offerti għall-player ta’ 23 sena wara l-wirjiet mill-aqwa tiegħu f’dan l-istaġun u diġà identifikaw sostitut potenzjali għalih.
Jidher li Spurs se jagħmlu offerta għal Djed Spence ta’ Middlesbrough jekk jinbiegħ Emerson, iżda jingħad li huma wieħed mis-seba’ clubs tal-Premier League li qed jittamaw li jiffirmaw lill-player misluf minn ma’ Nottingham Forest.
Emerson irreġistra assist wieħed fi 30 logħba għal Tottenham fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun u jinsab taħt kuntratt ma’ Spurs sal-2026.