Newcastle United laqgħu lil Tottenham u umiljawhom bl-iskor ta’ 6-1.
Dan ir-riżultat kien ifisser pass kbir tal-Magpies lejn il-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tal-club … u kien ifisser ukoll daqqa ta’ ħarta kbira għall-objettivi ta’ Spurs fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex staġun ieħor jilagħbu fl-aqwa kompetizzjoni Ewropea.
Newcastle kellhom bidu qawwi meta sad-19-il minuta huma kienu diġá għalqu l-partita b’żewġ doppjetti ta’ Jacob Murphy (2, 9) u Alexander Isak (19, 21) u goal ieħor minn Joelinton (6) biex daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ żewġ goals.
U minkejja Harry Kane (49) naqqas il-marġin għal Spurs, Callum Wilson (67) issiġilla r-rebħa għal Newcastle.
Bournemouth v West Ham – West Ham għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni meta marru għand Bournemouth u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Michail Antonio (5), Lucas Paqueta (12), Declan Rice (43) u Pablo Fornals (72).
B’din it-telfa, iċ-Cherries niżlu fil-15-il post.