Tottenham Hotspur telgħu fil-quċċata tal-Premier League Ingliż b’rebħa mqanżħa għand Luton filwaqt li Manchester United kisbu rebħa drammatiku fuq Brentford.
Luton v Tottenham – Tottenham marru Kenilworth Road u għelbu lil Luton Town bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Micky van de Ven (52) wara li Spurs spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Yves Bissouma (45).
Burnley v Chelsea – Chelsea rreġistraw rebħa kbira kontra Burnley bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Ameen Al-Dakhil (42), Cole Palmer (50 pen), Raheem Sterling (65) u Nicolas Jackson (74) wara li Wilson Odobert (15) fetaħ l-iskor għal Burnley.
Everton v Bournemouth– Everton kisbu rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Bournemouth, bl-iskorers ikunu James Garner (8), Jack Harrison (37) u Abdoulaye Doucoure (60).
Fulham v Sheffield U.– Fulham għelbu lil Sheffield United 3-1 fejn għalihom skorjaw Bobby Reid (53), Wes Foderingham (87 og) u Willian (95) filwaqt li l-Blades skorja minn auto-goal ta’ Antonee Robinson (68).
Man Utd v Brentford – Manchester ospitaw lil Brentford u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1, bil-protagonista jkun Scott McTominay (93, 97) li skorja doppjetta fil-ħin miżjud.