L-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane, ingħata ġimgħa ta’ mistrieħ mill-club tiegħu Tottenham Hotspur hekk kif jinsabu jippreparaw għall-azzjoni domestika meta l-Premier League Ingliż jissokta proprju l-għada tal-Milied.
Kane u sħabu tat-team nazzjonali Ingliż irritornaw pajjiżhom wara li sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Franza fil-kwarti-finali.
L-attakkan ta’ Spurs kien il-protagonista ta’ din it-telfa hekk kif tliet minuti mit-tmiem falla penalty biex naqas li jikseb id-draw għall-Ingliżi.
Wara t-tisfira finali, Kane deher emozzjonat iżda huwa għandu sa nhar it-Tnejn li ġej biex iħalli dan id-diżappunt warajh minħabba li jrid jirrapporta għat-taħriġ.
Il-coach, Antonio Conte, huwa konxju tal-istat mentali li jinsab fih Kane u għaldaqstant sostna li huma jridu jevalwawh minħabba li huwa pedina importanti fit-team u jrid ikun lest u f’siktu għal kollox biex ikun jista’ jilgħab.