Wednesday, October 23, 2024

Tottenham irridu jiffirmaw lil Liam Delap

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-attakkant ta’ Ipswich Town Liam Delap. Dan tal-aħħar hu plejer regolari mat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena fejn lagħab tmien logħbiet u skorja żewġ gowls. Mill-banda l-oħra, ma’ Ipswich hu skorja erba’ gowls fi tmien partiti, xi ħaġa li nnutawha sew l-iscouts ta’ The Spurs.

Ipswich qed jistmaw li Delap jiswa madwar €40 miljun, somma li hi favorevoli għad-diriġenti minn Londra li se jippruvaw saħansitra jakkwistawh f’Jannar li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport