Monday, February 3, 2025

Tottenham jakkwistaw lil Kevin Danso

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur ikkonfermaw l-akkwist fuq bażi ta’ self tad-difensur ċentrali Kevin Danso m ingħand Lens. Dan kollu seħħ hekk kif dan il-plejer ta’ 26 sena kien qed jissemma’ għal numru ta’ jiem li kellu jingħaqad ma’ Wolverhampton Wanderers li min-naħa tagħhom baqgħu b’xejn.

Il-plejer Awstrijak donnu li kien iktar impressjonat b’dak li offrewlu The Spurs u pront aċċetta li jingħaqad magħhom.

Fil-passat, Danso lagħab ukoll ma’ Augsburg, Southampton, Fortuna Dusseldorf u Lens.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport