Tottenham iffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Mathys Tel b’kuntratt permanenti mingħand Bayern Munich wara l-perjodu tiegħu b’self mar-rebbieħa tal-Europa League.
Il-plejer ta’ 20 sena skorja tliet gowls f’20 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Spurs l-istaġun li għadda wara li ngħaqad b’self fi Frar.
Tel iffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Tottenham għal ħlas ta’ trasferiment ta’ madwar 35 miljun Ewro ($40.4 miljun).
Tel skorja 16-il gowl għal Bayern Munich wara li ffirma meta kien żagħżugħ minn Rennes.
Tottenham ħatri lill-eks kowċ ta’ Brentford Thomas Frank bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom aktar kmieni din il-ġimgħa biex jieħu post Ange Postecoglou li tkeċċa mill-kariga tiegħu.