Tottenham Hotspur se jkunu qed jikkompetu ma’ Manchester United għall-firma tal-attakkant internazzjonali Żvediż Viktor Gyokeres. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u kien eċċezzjonali matul dan l-istaġun meta skorja 50 gowl f’46 logħba milgħuba fil-kampjonat Portugiż.
Ir-Red Devils jibqgħu favoriti li jmorru għalih meta lesti li jonfqu somma ġmielha għalih.
Gyokeres lagħab 26 logħba mat-tim nazzjonali Żvediż filwaqt li skorja 15-il-gowl.