Saturday, July 12, 2025

Tottenham se jżommu lil Cristian Romero

Aqra wkoll

Tottenham Hotspurs jidhru li se jżommu lil Cristian Romero wara li Atletico Madrid ċedew fit-tentattiv tagħhom li jakkwistaw lill-plejer rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja minħabba t-talba għolja ta’ The Spurs.

Atletico kienu ilhom juru interess f’Romero matul is-sajf, bil-kowċ Arġentin Diego Simeone, li huwa wkoll ammiratur kbir tal-ex difensur ta’ Atalanta. Madankollu, Tottenham ma wrew l-ebda intenzjoni li jħallu lil dan il-plejer jitlaq bit-tim Spanjol li donnu “għejja” minn din is-saga u se jduru fuq objettivi oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport