Tottenham u Bayern Munich laħqu ftehim fil-prinċipju għal Harry Kane.
Il-clubs ilhom f’taħditiet għal numru ta’ ġimgħat dwar it-trasferiment fit-tul ta’ Kane ma’ Bayern, bi ftehim li jiswa qrib il-£100 miljun.
Kane issa jrid jieħu deċiżjoni dwar jekk iridx imur il-Ġermanja fost is-sensazzjoni li qiegħda dejjem tikber li l-captain tat-team nazzjonali Ingliż kien qed ixaqleb li jibqa’ ma’ Spurs.
Jekk dan iseħħ allura fi tmiem dan l-istaġun huwa jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess ma’ liema club irid minħabba li jkun player liberu minħabba li jintemmlu l-kuntratt.