Tottenham Hotspur fetħu taħdidiet ma’ Everton biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Brażiljan, Richarlison.
Dan il-player ta’ 25 sena ftit tal-jiem ilu, informa lid-diriġenti tat-Toffees li jrid iħalli lill-club.
U filwaqt li Everton qed jitolbu £50 miljun, Spurs jinsabu lesti li jilħqu din it-talba. Huwa jridu li sa tmiem il-ġimgħa li ġej, Richarlison ikun player tagħhom.