Tottenham Hotspur jinsabu ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-goalkeeper ta’ Slavia Prague Antonin Kinsky. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u lagħab 19-il logħba mat-tim mill-belt kapitali Ċek. Hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi mal-klabb u għalhekk il-firma tiegħu tidher biss formalita’.
F’dawn l-aħħar xhur, Kinsky lagħab b’self ma’ Vyskov u Pardubice.
Kinsky lagħab erba’ logħbiet mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena tar-Repubblika Ċeka.