Iċ-ċiklist Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) rebaħ il-11-il stadju tat-Tour de France li kien bejn Albertville u Col du Granon fuq distanza ta’ 152 kilometri.
Huwa għamel attakk qawwi fl-aħħar telgħa biex temm fl-ewwel post b’mod mill-aktar komdu hekk kif irreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 18-il sekonda u 2 sekondi.
Fit-tieni post spiċċa l-Kolumbjan Nairo Quintana (Arkea Samsic) b’distakk ta’ 59 sekonda, segwit mill-Franċiż Romain Bardet (DSM), il-Britanniku Geraint Thomas (Ineos Grenadiers), il-Franċiż David Gaudu (Groupama-FDJ), il-Britanniku Adam Yates (Ineos Grenadiers) u s-Slovakk Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) b’dan tal-aħħar jaqsam il-linja finali b’distakk ta’ 3 minuti u 38 sekonda.
Għaldaqstant Vingengard “seraq” l-ewwel post lill-istess Pogacar li kienu ilu jgawdi għal dawn l-aħħar ħamest ijiem.
Il-klassifika preżenti hija: Jonas Vingegaard b’ħin ta’ 41 siegħa, 29 minuta u 59 sekonda, segwit minn Romain Bardet b’distakk ta’ 2 minuti u 16-il sekonda filwaqt li Pogacar niżel fit-tielet post b’distakk ta’ 2 minuti u 22 sekonda.
Illum isir it-12-il stadju bejn Briancon u Alpe d’Huez fuq distanza ta’ 165.5 kilometri.