Sevilla jistgħu jippruvaw jippremjaw lil Nicolas Pepe ‘l bogħod minn Arsenal bi skambju għal Lucas Ocampos dan is-sajf.
It-trasferiment li sewa £72 miljun tal-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju lejn l-Emirates Stadium fl-2019 ma ħadimx kif kien maħsub, u dan l-istaġun ma ġiex utilizzat b’mod regoalri fl-iskwadra ta’ Mikel Arteta.
B’Bukayo Saka, Gabriel Martinelli u Emile Smith Rowe kollha ppreferuti minn Pepe, l-ex player ta’ Lille għamel biss 21 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, u rreġistra tliet goals u ħames assists.
Barra minn hekk, Pepe beda biss ħames logħbiet tal-Premier League dan l-istaġun – l-aktar reċenti minnhom tasal fid-draw ta’ Ottubru kontra Crystal Palace – u rreġistra biss goal wieħed u assist wieħed fl-istess kampjonat.
Wara li kellu edizzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika b’saħħitha, Arteta sostna li ra lil Pepe “differenti” mir-ritorn tiegħu, iżda dan il-player ta’ 26 sena naqas li jagħmilha mal-ewwel 11 tal-manager Spanjol fuq bażi regolari.