Friday, December 13, 2024

“Trabbejt bil-mentalità li jiena orfni jew li l-ġenituri abbandunawni”

Aqra wkoll

Raġel Ingliż li fl-età ta’ tmien snin intbagħat l-Awstralja u kien jemmen li huwa orfni jew li l-ġenituri tiegħu abbandunawh, 75 sena wara skopra li r-raġuni għal dan kienet li ommu ġiet sfurzata ċċedi l-kustodja tiegħu minħabba li huwa kien twieled barra ż-żwieġ.

Dorian Reece stqarr li “Qatt ma ngħatajna spjegazzjoni għalfejn jien u tfal oħra ntbgħatna ’l bogħod mill-Ingilterra”, u kompla jgħid li “Trabbejna bil-mentalità li m’għandniex ġenituri u għalhekk qed jibagħtuna f’pajjiż ieħor bit-tama li nsibu ħajja aħjar”.

Dorian qatt ma kellu l-iċken idea li kellu membri familjari fl-Ingilterra. Xi żmien wara li żżewweġ lil martu Kay, huwa kien inħakem mill-kurżità u flimkien ma’ martu rħewlha Londra fejn sabu lil ommu. Kienet martu li għamlet l-ewwel pass u avviċinat lil ommu. Huwa jiddeskrivi l-mument tal-laqgħa tiegħu m’ommu bħala wieħed “spettakolari”.

L-omm u l-iben baqgħu f’kuntatt u Dorian skopra li missieru kien jismu George Thomas, twieled fl-1892 u miet fl-1981. Wara li ġiet nieqsa ommu, Dorian skopra li missieru mhux talli kien qed iħallas għall-manteniment tiegħu, imma xtaq ikun preżenti f’ħajtu f’ħajjet ommu.

Xi żmien wara, Dorian irnexxielu jiltaqa’ man-neputija tiegħu Anne u binha Pete, li jiġu minnu min-naħa ta’ missieru. Huwa jistqarr li l-fatt li rnexxielu jsib uħud mill-membri tal-familja għenu sabiex jimla bosta lakuni.

Ekonomija

Sport