Il-Pulizija ta’ New York nidiet investigazzjoni dwar il-mewt ta’ żewġt itrabi li ġew abbandunati barra blokka appartamenti fil-Bronx.
L-iġsma bla ħajja tat-trabi kienu mgeżwrin fi brown paper qabel tħallew fil-parapett.
Il-Pulizija qalu li t-trabi kienu tewmin subien u kien għad kellhom biss ġimgħa. L-imwiet tagħhom ġiet klassifikata bħala suspettuża.
In-New York Post irrapportat li wieħed mit-trabi kellu ġerħa li setgħet kienet ikkawżata mit-twelid. It-tarbija l-oħra kellha ġrieħi f’rasha u żigarella blu mdawra ma’ għonqha.
It-tewmin ittieħdu b’urġenza l-isptar madankollu huma kienu ċċertifikati mejtin.