L-eks winger ta’ Udinese Jens Stryger Larsen tkellem ma’ ġurnal Taljan dwar is-sitwazzjoni xejn feliċi li għaddej minnha hu u sħabu li jilagħbu ma’ Trabzonspor fit-Turkija.
Fil-fatt Larsen qal li l-klabb tiegħu għandu sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra u dan qed jirrifletti anke fil-pagamenti tas-salarji tal-plejers. Tant hu hekk li l-plejers ilhom ma jitħallsu għal erba’ xhur sħaħ, xi ħaġa li żgur mhux xierqa għalihom.
Larsen qal li minkejja kollox, xorta qed jagħti qalbu fil-grawnd għalkemm fisser din is-sitwazzjoni bħala waħda xejn feliċi.