Friday, November 15, 2024

Traffikant tad-droga Tajlandiż jagħmel diversi interventi kirurġiċi f’wiċċu biex jiġi jixbah lil raġel Korean

Aqra wkoll

Traffikant tad-droga Tajlandiż għamel bosta interventi kirurġiċi f’wiċċu biex jiġi jixbaħ lil “raġel ġentlom mill-Korea” u b’hekk ikun jista’ jevadi l-liġi.

Saharat Sawangjaeng, li bidel ismu għal Jimin Cheong, kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet f’condominium f’Bangkok.

Il-Pulizija Tajlandiża, li kienu ilhom bit-tfittxija għar-raġel ta’ 25 sena għal tliet xhur sħaħ, qalet li wiċċu kien mibdul totalment.

Huma waslu għalih billi rnexxielhom jintraċċaw id-distribuzzjoni tad-droga ecstasy lil bejjiegħa oħra f’Bangkok. Ir-raġel kien stqarr mal-pulizija li ried jibda jgħix ħajja mill-ġdid fil-Korea t’Isfel.

Sawangjeang kien mixli bl-importazzjoni illegali ta’ narkotiċi. Il-Pulizija qalet li huwa kien ammetta li ordna d-droga ecstasy minn fuq id-dark web bl-użu tal-cryptocurrencies.

Fis-snin li għaddew, ir-raġel kien ukoll arrestat f’minn tal-inqas tliet okkażjonijiet oħra. F’okkażjoni minnhom huwa ġie arrestat fuq akkużi li ħebb għal persuni oħra, filwaqt li l-pulizija sabulu 290 pillola ecstasy u żewġ kilogrammi ta’ narkotiċi f’forma ta’ likwidi fil-pussess tiegħu.

Huwa iżda kien irnexxielu jaħrab mill-arrest u għamel diversi interventi kirurġiċi biex ma jinqabadx mill-investigaturi.

Ekonomija

Sport