Kien għall-ħabta tas-6.00pm li fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann kien hemm konġezzjoni kbira tat-traffiku.
Irriżulta li qrib l-entratura ta’ Mater Dei kien seħħ aċċident tat-traffiku meta raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u spiċċa mal-art.
Mill-ewwel fuq il-post marru l-Pulizija biex jassistu r-raġel u anke jikkontrollaw it-traffiku. Fuq il-post marret ukoll ambulanza, iżda wara li r-raġel ġie eżaminat mill-infermieri rriżulta li ma kien qed isofri l-ebda ġrieħi.
Is-sitwazzjoni tat-traffiku mill-ewwel reġgħet bdiet ġejja lura għan-normal.