Monday, November 11, 2024

Traġedja qrib il-Greċja tħalli minn tal-inqas 79 persuna mejta u oħrajn midruba 

Aqra wkoll

Fil-Baħar Mediterran seħħet traġedja, hekk kif dgħajsa tal-immigranti li kienet għaddejja mill-Greċja inqalbet. Kawża t’hekk 79 persuna spiċċaw tilfu ħajjtihom, filwaqt hemm it-tfittxija għal madwar 500 persuna

Id-dgħajsa tas-sajd kienet intlemħet minn ajruplan. Rapporti mill-midja internazzjonali urew li gwardjan tal-Kosta Griega ġie mgħarraf ftit minuti qabel mad-dgħajsa esperjenzat xi ħsarat fil-magna. Intant id-dgħajsa għerqet ftit wara. 

It-tfittxija għadha għaddejja, minkejja li fil-post fejn l-inċident hemm riħ qawwi li qed jagħmel is-sitwazzjoni ferm diffiċli. Uħud minn dawk salvati qalu li l-kaptan tad-dgħajsa telaqhom u għamlu perodu twil weħidhom. 

Kien hemm ukoll il-ħsieb li l-istess dgħajsa kienet maħsuba li telqet mill-Libja lejn l-Italja, bil-maġġoranza ta’ dawk abbord kienu irġiel li kellhom fuq l-għoxrin sena.

L-istess inċident qed jiġi meqjus bħala l-agħar traġedja li qatt saret mill-bidu tas-sena sa issa

Sport