Ftit tal-ħin ilu inqeleb trailer fi Triq il-Kunsill Tal-Ewropa fid-direzzjoni lejn l-Ajruport.
Dan qalitu Transport Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li l-uffiċċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta qegħdin fuq il-post fejn għalqu karreġġjata waħda minn din it-triq sabiex is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.
Huma ħeġġew lis-sewwieqa sabiex evitaw din iż-żona u jużaw rotot alternattivi