Saturday, October 26, 2024

Trakk tal-fjuwil jikkawża nirien kbar li affettwaw 120 dar

Aqra wkoll

Inċident stradali li kien jinvolvi trakk tal-ġarr tal-fjuwil wassal għal nirien kbar tant li numru ta’ residenzi u anke binarji tal-ferrovija ġew affettwati. Dan seħħ f’Aguascalientes fiċ-ċentru tal-Messiku. 

Filmati drammatiċi li ġew imxandra fuq il-midja kienu juru duħħan iswed li dallam partijiet sostanzjali ta’ din il-belt, u f’ħin minnhom ferrovija tal-merkanzija dehret saħansitra tgħaddi minn qalb il-nar. 

Uffiċjali tal-belt li tkellmu mal-midja qalu li b’kollox 1,500 persuna kellhom jiġu evakwati hekk kif għadd ta’ djar u karozzi spiċċaw maħkuma min-nirien. Fortunatament ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ mwiet, iżda kien hemm numru ta’ persuni li tkellhom jiddaħħlu fl-isptar.

Skont kumment li kiteb is-Sindku tal-lokal Leo Montañez b’kollox kien hemm 120 residenza li ġarrbu ħsarat. 

Sport