Tuesday, December 24, 2024

Transport Malta qiegħda toffri shuttle service waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet fl-Imġarr

Aqra wkoll

Biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pubbliku waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr, Transport Malta qed toffri shuttle service bejn l-Imġarr/Żebbiegħ u l-Mosta, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Novembru sal-Erbgħa 3 ta’ Novembru.

Dan is-servizz se jkun qiegħed isir permezz ta’ minivans li jistgħu jiġu identifikati minn tabella. Dan is-servizz qed tagħmel tajjeb għalih Transport Malta u huwa offrut lill-pubbliku bla ħlas.

L-iskeda hija hekk:

L-ewwel vjaġġ jitlaq mill-waqfa ‘Mrejnu’ fl-Imġarr fil-5.15am. Ix-shuttle service jopera kull siegħa sad-9.15pm. 

Rotta: Triq Sir Harry Luke – il-Pjazza tal-Imġarr – Triq Fisher – Triq il-Ganfra – Triq il-Vanilja – Misq – l-Aħmar – Triq Sir Temi Zammit – Triq il-Bidnija – il-Pjazza tal-Mosta – waqfa Rotunda.

Dan is-servizz jieqaf u jtella’ n-nies minn fuq kull waqfa eżistenti li tinsab matul il-vjaġġ. 

Dawk il-passiġġieri li jixtiequ jużaw dan is-servizz mill-Mosta jistgħu jaqbdu s-servizz tax-shuttle mill-Pjazza tal-Mosta, minn fuq waqfa Rotunda. L-ewwel vjaġġ jitlaq fis-6.15am u s-servizz jopera kull siegħa sat-8.15pm.

Rotta: Triq il-Kostituzzjoni – Vjal Millbrae – Triq il-Bidnija – Triq Sir Temi Zammit – l-Aħmar – Misq – Triq il-Vanilja – Triq Ganfra – Triq Fisher – il-Pjazza tal-Imġarr – Sir Harry Luke – waqfa Mrejnu.

Rotta 44 ser tgħaddi hekk:

Minn Triq l-Indipendenza – Triq il-Kbira – Triq San Pawl tal-Qliegħa – Triq Ta’ Żejfa – Vjal Millbrae fil-Mosta għal Burmarrad, il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar – Ballut – il-Manikata – Għajn Tuffieħa, u lura mill-istess rotta. B’hekk, passiġġieri li jixtiequ jmorru l-Imġarr għandhom jużaw rotot oħrajn li jieqfu fuq il-bus stop Rotunda 4, bħar-rotot 41 u 42 mill-Belt Valletta.

Il-konnessjoni bejn il-Manikata, Għajn Tuffieħa, u l-Imġarr ser tibqa’ miżmuma permezz tar-rotta 101.

Ekonomija

Sport