Transport Malta qegħda tkompli bl-isforzi tagħha b’kampanja oħra ntiża li tippromovi l-importanza tas-sigurtà fit-toroq.
Għal Jum San Valentinu ta’ din is-sena, l-Awtorità qegħda tħeġġeġ kull persuna li
tagħmel użu mit-toroq lokali U TOSSERVA S-SINJALI TAT-TRAFFIKU permezz ta’ “IEQAF… f’Isem LImħabba!”
Messaġġ imfassal biex jagħti prominenza lill-prattiċi aktar siguri u mġieba aktar
responsabbli fit-toroq tagħna. Il-kampanja tħeġġeġ lill-utenti kollha tat-toroq biex japprezzaw l-aspett fundamentali li jieqfu għal xulxin bħala ġest ta’ mħabba u rispett.
Barra minn hekk, Transport Malta tfakkar lill-utenti kollha tattoroq li meta persuna tieqaf u ssegwi s-sinjali tat-toroq mhux biss qegħda tobdi r-regoli, imma huwa
mod kif NIRRISPETTAW U NĦOBBU LIL XULXIN.
Permezz ta’ din il-kampanja, l-Awtorità għandha l-għan li tippromwovi s-sigurtà u l-empatija biex fittoroq Maltin naraw ambjent aktar sigur u rispettabbli għal kulħadd.