Friday, July 25, 2025

Transport Malta Tniedi Ktieb Edukattiv Ġdid għat-tfal

Aqra wkoll

Transport Malta nediet ktieb edukattiv ġdid li bil-karattru ta’ Tammy, bl-għan li jeduka lit-tfal dwar issinjali tat-triq u s-sigurtà fit-toroq. Dan il-ktieb hu parti minn kampanja edukattiva aktar wiesgħa mmirata lejn it-tfal, billi trawwem sens ta’ responsabbiltà u rispett minn età żgħira, valuri li jistgħu jiġu trasmessi wkoll lill-ġenituri tagħhom.

It-tnedija tal-ktieb saret fuq inizjattiva ta’ Transport Malta bil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-ħaddiema talAwtorità. F’din l-attività, it-tfal irċevew kopja tal-ktieb, qrawh flimkien u ngħataw spjegazzjoni dwar ilkontenut tiegħu.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, ippreżenta l-ktieb u tkellem mat-tfal preżenti. Huwa spjegalhom l-importanza li minn età żgħira, nitgħallmu nirrispettaw lil xulxin biex it-toroq tagħna jkunu aktar siguri.

Il-Ministru Bonett enfasizza l-importanza ta’ dawn ilkampanji edukattivi biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-inċidenti fit-toroq. “L-innoċenza u s-sinċerità tattfal għandhom ikunu ta’ eżempju għalina l-adulti dwar l-irwol importanti tal-valuri bażiċi bħallobbedjenza u r-rispett.

Kultant huma t-tfal li jfakkruna fil-vera regoli tal-ħajja.” qal il-Ministru Bonett.
“L-idea ta’ Tammy huwa mod kif Transport Malta idaħħal fost it-tfal tagħna, sens ta’ għarfien dwar x’għandhom jagħmlu fit-toroq tagħna. Permezz ta’ din in-nannakola animata rridu nfakkru li kollha kemm aħna nistgħu ngħinu biex ikollna toroq aktar siguri,” irrimarka l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia.

Il-kampanja se tkompli b’inizjattivi oħra fi skejjel madwar Malta u Għawdex bil-għan li tkompli tferrex il-messaġġ ta’ sigurtà u rispett għar-regoli fit-toroq.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport