Sunday, March 15, 2026

‘Trasparenza u rieda”

– il-President ta’ Valletta FC, Claudio Grech dwar il-proċess li wassal għal ftehim biex fuq art f’Pembroke jinbena l-kampus ta’ Valletta FC

Aqra wkoll

“Trasparenza u rieda”. Dan iddikjarah il-President ta’ Valletta FC, Claudio Grech meta ddeskriva il-proċess li wassal għall-qbil u kompromess bejn il-Gvern u Valletta FC dwar art f’Pembroke li se tingħata lil Valletta.  Fuq l-art li se tingħata lil Valletta FC f’Pembroke se jinbena kampus li jinkludi grawnd ‘full size’, ieħor  ‘5 a side’, akkademja u faċilitajiet amministrattivi. L-operazzjoni tal-klabb se titħaddem b’mod professjonali. 

Il-President ta’ Valletta FC, jenfasizza li “fis-sena 2012 il-gvern ta’ dakinhar  kien ħabbar pjan biex jinbena villaġġ sportiv f’Ħal Farruġ. Kien hemm oġġezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar. Irriżulta li ma setax isir għax kien hemm teknikalitajiet tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-użu u għal xhix dik l-art setgħet tintuża. L-art kienet fil-‘flight path’u sfortunatament il-gvern dakinhar kien ġie b’art f’idejh u jien naf li kemm fi żmien Victor Scirha u anke Alex Fenech ħadmu biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fuq dak is-sit. Tant dak is-sit ma setax jintuża li kellu jinbidel  u fis-sena 2020 ingħata sit ġdid. “

Claudio Grech saħaq li “l-Prim Ministru attenda għal laqgħa tal-membri u kien hemm attendenza numeruża u naħseb li kienet waħda mill-akbar laqgħat li qatt kien hemm. Dakinhar inġabar fih dak li nixtiequ nagħmlu. Dak li se naghmlu mhux se naraw l-benefiċċji tiegħu illum jew l-istaġun li ġej. Dan bħal meta tibni binja kbira, tibda mill-pedaent. Dan qed ipoġġi pedamenti ta’ klabb modern  b’infrastruttura sħiħa u kompleta biex ikun jista’ jkompli bil-missjoni tiegħu bħala organizazzjoni sportiva. L-ewwel sena l-isfida kienet il-fatt li konna fiċ-Challenge League. Ridna li fit-tieni sena nistabbilixxu ruħha u fis-snin li ġejjin li nikkompetu aktar fil-kompetizzjonijiet Ewropej u l-ambizzjoni hi li nkunu klabb ewlieni u li flinmkien mal-MFA nipprovdu qafas u talent  lit-tim nazzjonali miż-żgħar sal-kbar, li jkollhom plejers  ta’ Valletta FC għax m’hemm xejn isbaħ milli tirrappreżenta lil pajjiżek barra minn Malta. Nirrikonoxxi li kienet kisba kbira dak li kisbu Hamrun Spartans,  fejn waslu u naħseb li dak jistabbilixxi standards li l-klabbs kollha iridu jilħquh jew jgħadduh. 

Aktar ma jkun hemm klabbs bħal Ħamrun li għamlu modernizazzjoni kbira u bħalna li qed ninvestu ħafna li mhux biss f’dak li tara fil-grawnd imma anke barra u b’mod ġenerali jkollna xenarju tal-futbol li jkun aktar professjonali u jipprovdi opportunitajiet u karrieri kemm għal plejers u maniġment li jappoġġjaw l-futbol f’pajjiżna.” 

Claudio Grech jirreferi għall-fatt li l-klabb kien ilu jitħabat għal sit biex jibni l-faċilitajiet sportivi tiegħu u jgħid li “din kienet l-akbar ġerħa li ilu jsofri l-klabb tal-belt. Mhux ftit snin imma għexieren ta’ snin. Konsistenament il-klabb tal-Belt kien qed jinsisti biex jingħata mhux xi ħaġa differenti minn ħaddieħor imma jingħata dak li hu dritt tiegħu.  Din is-saga kienet li ma tispiċċa qatt. Jekk neħodlok l-aktar riċenti, l-aħħar 15 il sena, nara li fis-sena 2011 kienet ingħatat l-art  f’Ħal Farrug u rriżulta li ma tistax tintuża. Sar kuntratt, tingħadda mill-Parlament u ssib li ma tistax tintuża. Fis-sena 2020 l-gvern kien reġa’ ħadha u l-istess gvern ta art ġdida ġo Ħal Luqa lil Valletta FC u din ma setgħetx tintuzża għax riedet titnaddaf minn material tossiku. Kien hemm spiża enormi u l-klabb ma seta jagħmel xejn biha. 

Kien hemm xi sit ieħor f’Santa Venera u li rriżulta li ma setgħetx tingħata għax kienet proprjetà privata u fl-aħħar sena u nofs poġġejna mal-gvern. Kien proċess twil ħafna ta’ diskussjonijiet u ddiskutejna numru kbir ta’ siti. Ħadu sehem il-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Prim ministru u issa wasalna li l-gvern ħa deċiżjoni tiegħu fuq is-sit u dak li ppropejna lill-gvern li hu essenzjalment futbol campus.

L-idea hi li apparti l-grawnd fejn tilgħab ikun hemm il-facilitajiet kollha neċessarji. Sports Science Centre nużaw ta’ ħaddiehor u m’għandniex tagħna. Biex jitħarrġu l-kbar irridu nikru l-grawnd mingħand Dingli Swallows u kif taf minkejja l-kollaborazzjoni mhux qed f’darek. Biex jitħarrġu il-‘minors’ dawn imorru għand ir-Rabat Ajax u l-oħrajn imxerrdin ftit fis-Salinos u ftit Ħaż-Żebbuġ. Ma tistax tmexxi b’dan il-mod għax il-‘core business’ ta’ futbol hu li titħarreġ u tilgħab. 

Mela allura se niġbru l-faċilitajiet kollha tagħna bħal rehabilitation centre tagħna u l-isports science. Dan se jkun f’Pembroke. Mal-faċilitajiet tagħna l-gvern qiegħed jagħmel faċilitajiet oħra għal għaqdiet sportivi oħrajn biex ħoloq kunċett ta’ xi ħaġa holistika. Din togħġobna ħafna għax se jkun hemm konċentrazzjoni li hi relatata purament mal-isports. Hekk ftit ftit tkun qed toħloq xi ħaġa li lil dan il-klabb tixraqlu biex ikun fl-istess livell ma’ klabbs oħrajn.”

Tenna li “jekk tħares lejn il-pjan tagħna hemm il-pjan ta’ infrastruttura, modernazzjoni tal-klabb biex sentejn jew tlieta oħra, dan il-klabb ikollu d-dar natuirali tiegħu, d-dar fejn jitħarreġ minn filgħodu sa filgħaxija.  Il-plejers huma full timers, il-ftit li mhuxiex dawk li huma studenti. 

 Il-faċilitajiet ta’ taħriġ sparparljati. L-iSports Science Agreement  hu mal-Mediterranean College of Sports. Faċilitajiet eċċezzjonali imma mhux f’darna. Jekk għandek plejers li trid iġġibhom f’ħinijiet differenti ma tistax tokkupalhom il-faċilità għal nofs ta’ nhar sħiħ.

Jekk inti għandek bżonn il-pitch biex plejer li qed jagħmel rijabilitazzjoni biex joħroġ fuq il-pitch, biex  jagħmlu dak l-arranġament mhux faċli. Nemmnu li dawn il-faċilitajet kif qed nippjanawhom, klabbs oħrajn jistgħu jaqilbu fuq dan il-mudell tagħna.”

Jiddikjara li “l-proċess tal-art kien wieħed twil. Kien hemm l-impenn u l-interess tal-Prim Ministru biex insibu xi ħaġa adekwata għal klabb u fi ħdan il-limitazzjoni li kellu l-gvern għax hemm limitazzjoni fl-art. L-aktar ħaġa pożittiva kienet li hemm trasparenza totali bejn klabb u Gvern u rieda tajba miż-żewġ partijiet biex isibu soluzzoni li hi adekwata għal kulħadd.  Finalment meta l-gvern ippropona dan is-sit u kif xtaq jakkomoda assoċjazzjonijiet oħrajn, sibna kompromess.  Irid jgħaddi l-proċess Parlamentari u ssir ir-riżoluzzjoni fil-kamra tad-Deputat u imbagħad isir il-kuntratt u wara jibda l-proċess ta’ l-ippjanar u l-aspett ta’ kif se jiġi ffinanzjat”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport