L-Iżrael u l-United Arab Emirates laħqu qbil sabiex is-sitwazzjoni ta’ bejniethom terġa’ lura għan-normal.
Ħabbar dan il-President Donald Trump. Ma’ dak li ħabbar Trump, il-president tal-Iżrael Benjamin Netanyahu u l-Prinċep ta’ Abu Dhabi Mohammed bin Zayed qalu li jittamaw li dan iwassal għal paċi fil-Lvant Nofsani.
Riżultat ta’ dan l-Iżrael se tkun qed tissospendi l-pjan tagħha li tkabbar it-territorju tagħha f’West Bank.
Dan il-ftehim jimmarka t-tielet trattat ta’ paċi bejn iż-żewġ partijiet sa mid-dikjarazzjoni tal-Indipendenza lura fl-1948. L-Eġittu kien iffirma trattat fl-1979 u l-Ġordan kien iffirma ieħor fl-1994.