L-awtoritajiet fil-Belarus complet għaddejjin bl-attakki tagħhom fuq l-unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema. It-trejdjunjins indipendenti komplew ikunu fil-mira u dan permezz ta’ arresti. Għadu kif sar magħruf li fil-Belarus ingħatat sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs mogħtija lil Ruslan Badamshyn, attivist tat-Trejdjunjin Ħielsa tal-Belarus (SPB) u membru ta’ Panaceya, it-trejdjunjin tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa.
Badamshyn allegatament iffaċċja diversi detenzjonijiet mill-elezzjoni tas-sena 2020, inklużi arresti amministrattivi u każijiet suċċessivi mressqa taħt dispożizzjonijiet differenti tal-kodiċi kriminali. Ix-xejra hi ċara: ir-ripressjoni qed tintuża biex tintimida lill-membri tat-trejdjunjins, isikket id-dissens, u ddgħajjef l-organizzazzjoni tal-ħaddiema indipendenti.
L-EPSU ikkundannat l-persekuzzjoni kontinwa tal-attivisti tat-trejdjunjins fil-Belarus u esprimiet solidarjetà mal-SPB u Panaceya u mat-trejdjunjins tal-Belarsussja kollha. Id-drittijiet tat-trade unions huma drittijiet tal-bniedem.

