Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp żvela li Trent Alexander-Arnold se jkun barra mil-logħob għal diversi ġimgħat minħabba injury fil-hamstring.
Id-difensur lemini skorja żewġ goals u pprovda 11-il assist minn 26 logħba fl-ogħla livell dan l-istaġun u ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Ingilterra għall-partiti ta’ ħbiberija ta’ Marzu.
Madankollu, Klopp issa ammetta li se jkollu jgħaddi mingħajr il-player ta’ 23 sena għal xi żmien, bid-difensur ibati minn problema fil-hamstring wara r-rebħa ta’ 2-0 fuq Arsenal.
Meta mistoqsi jekk il-kwistjoni ta’ Alexander-Arnold tistax iżżommu barra għal numru ta’ ġimgħat, Klopp sempliċement wieġeb “Iva”.
Kostas Tsimikas u James Milner ukoll tilfu r-rebħa fl-Emirates Stadium minħabba mard u jibqgħu inċerti għall-kwarti-finali tal-FA Cup kontra Nottingham Forest il-Ħadd filgħaxija.