Thursday, October 2, 2025

‘Trid tkun dejjem lest tirriċerka u taġġorna ruħek, għax kontinwament qed toħroġ riċerka ġdida dwar l-aħjar metodi kif jigu kkurati l-atleti’ – Neil Grima

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif iddeċidejt li ssir fiżjoterapista?

Meta kont iżgħar kont nilgħab il-futbol sal-eta ta’ madwar sbatax-il sena, u minn dejjem kelli interess fl-injuries u kif kien I-aħjar li jiġu kkurati. Dejjem kont inħobb is-suġġetti relatati mal-anatomija, I-isport u s-saħħa. Barra minn hekk, xtaqt xogħol fejn nista’ naħdem direttament man-nies u ngħinhom fl-irkupru fiżiku taghħom. Għalħekk iddeċidejt li nsegwi I- karriera ta’ fiżjoterapista.

U li tispeċjalizza fl-isport?

Dejjem kelli x-xewqa li nisspeċjalizza fil-fiżjoterapija sportiva, ghax dejjem għoġobni kif il-fiżjoterapija jista’ jgħin lill-atleti jirritornaw għal livell għoli ta’ prestazzjoni wara ‘injury’.

Peressli anke jien nittrenja f’livell ta’ dilettant, nifhem aktar x-xewqa tal-atleti li jirritornaw malajr għar-rutina tagħhom ta’ taħriġ. Għandi sodisfazzion kbir meta nara lil xi ħadd li kien imweġġa’ jerġa’ lura fil-grawnd biex igawdi dak li jħobb I-aktar. Din hija I-ispirazzjoni tiegħi biex inkompli f’din il-karriera.

Kemm huwa importanti x-xogħol ta’ fiżjoterapista biex jipprevjeni injuries fl-isport?

II-fiżjoterapija għandha rwol importanti fil-prevenzjoni ta ‘injuries’ sportivi billi tgħin lill-atleti jsaħħu I-muskoli u jtejbu I-flessibilità taghħom. Permezz ta’ programmi ta’ taħrig speċifiċi, il-fizjoterapista jista’ jidentifika u jikkoregi movimenti hżiena li jistgħu jwasslu għal xi ‘injury’. Barra minn hekk, tingħata importanza kbira lill-prevenzjoni permezz ta’ saħħa fizika bilanċjata u teknika korretta. B’hekk I-atleta jkun jista’ jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu b’riskju inqas ta’ ‘injury’.

Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna u kif rajtha tinbidel matul is-snin?

II-mentalità lejn I-isport fil-kulturá Maltija qed tkompli titjieb u ssir aktar parti mill-ħajja ta’ kuljum. Dejjem aktar qed jitqies bħala mezz ta’ saħħa, mhux biss bħala divertiment. Pajjiżna qed jiżviluppa inizjattivi bħall-iskema ‘Youth Fitness Support’, li toffri abbonamenti b’xejn fil-gym għaż-żghażagħ sabiex tħeġġeghom ikunu attivi. Dawn il-miżuri qed jgħinu biex tinbena mentalità aktar b’saħħitha u pożittiva lejn I-isport fost il-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir fiżjoterapista bi speċjalizzazzjoni fl-isport.

II-messaġġ li nixtieq inwassal lil min jixtieq isir fiżjoterapista speċjalizzat fl-isport hu li dan huwa suġġett li dejjem qed jevolvi. Trid tkun dejjem lest tirriċerka u taġġorna ruħek, għax kontinwament qed toħroġ riċerka ġdida dwar I-aħjar metodi kif jigu kkurati I-atleti. Fl-istess hin, hija karriera ferm sodisfaċenti fejn taħdem direttament mal-atleti, tgħinhom jirkupraw u jsaħħu ruħhom. Din I-esperjenza tagħtik ukoll sodisfazzjon personali meta tara r-riżultati tal-ħidma tiegħek.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport