Wednesday, May 14, 2025

Trid tkun interessat fl-isport biex tkun tista’ tagħti l-aħjar servizz – Luke Busuttil Leaver

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif iddeċidejt li ssir fiżjoterapista tal-isport?

Minn mindu kont żgħir kont interessat f’diversi sports, grazzi għall-influenza ta’ missieri, u allura meta ggradwajt bħala fiżjoterapista kien pass naturali li ninvolvi ruhi fl-isport. 

Kemm huwa importanti x-xogħol ta’ fiżjoterapista tal-isport biex jipprevjeni injuries fl- isport?

Il-fiżjo-terapista huwa parti mit-tim mediku li jikkontribwixxi kemm għall-prevenzjoni u anke għar- rijabilitazzjoni wara l-injuries. F’ambjenti ‘elite’, tim jista’ jkollu diversi fiżjo-terapisti jaħdmu miegħu sabiex l- atleti jkunu jistgħu jingħataw l-iktar attenzjoni possibli. B’hekk, ir-ritorn tagħħom fl-azzjoni jkun jista’ jseħħ mingħajr dewmien. 

Kif tqis il-menatlitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent, u kif rajtha tinbidel matul is snin?

Bidla kien hemm għall-aħjar peró, sfortunatament, għad fadal ħafna x’inbiddlu fil-mentalitá tagħna fejn jidħol l- isport. Konvint li jekk jsir hekk inkunu nistgħu naraw l-isport Malti jakkwista riżultati aħjar. Il-potenzjal żgur li qiegħed hemm!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir fiżjo-terapista tal-isport.

L-ewwel nett, trid tkun interessat fl-isport biex tkun tista’ tagħti l-aħjar servizz. It-tieni, trid tkun iddedikat u lest li tagħmel sagrifiċċji, kemm biex iżżomm ruħek aġġornat akkademikament, kif ukoll għaliex ix-xogħol jirrikjedi ħafna ħin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport