Saturday, December 21, 2024

Triq Ħal Farruġ se tingħalaq temporanjament biex jitneħħa l-periklu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li ġej, 23 t’April, it-Triq ta’ Ħal Farruġ se tkun magħluqa bejn id-9.00 a.m u t-3.00 p.m. 

Dan se jkun qed isir bħala prekawzjoni għas-saħħa u s-sigurtà ta’ kull individwu hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm tħassib kbir minn bosta individwi dwar binja fit-triq imsemmija li tinsab fi stat perikoluż.

Dan se jkun qiegħed isir ukoll wara azzjoni li ttieħdet fl-aħħar sigħat mill-awtoritajiet tal-gvern li taw widen għat-tħassib li esprimew għadd ta’ residenti.

Il-Perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħejja rapport biex il-pulizija tieħu azzjoni fil-konfront tas-sid tal-binja. Intant ftit tal-ħin wara lbieraħ stess, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi kiteb fuq il-midja soċjali li ġew infurmati li se jsiru xogħlijiet biex il-periklu jitneħħa.

Fl-aħħar jiem ġiet evitata traġedja wara li vann li kien għaddej miż-żona spiċċa b’parti minn din l-istruttura fuq il-gabina. B’xorti tajba ma kien hemm ħadd riekeb fuq in-naħa tal-passiġġier u s-sewwieq ħelisha ħafif.

Ekonomija

Sport