Sunday, March 16, 2025

Tromba fl-Istati Uniti tħalli minn tal-inqas 34 persuna mejta u ħsarat strutturali kbar

Aqra wkoll

Mill-inqas 34 persuna tilfu ħajjithom waqt tromba qawwija li laqtet lill-Istati Uniti s-Sibt filgħaxija, partikolarment f’Missouri. Apparti hekk, f’dan il-fenomenu naturali għexieren ta’ djar ġarrbu ħsarat estensivi filwaqt inqelbu diversi karozzi. 

Kawża tal-istess sitwazzjoni, f’Kansas, tilfu ħajjithom minn tal-inqas tmien persuni, hekk kif kien hemm minn tal-inqas 55 ħabta b’kollox matul il-jum tas-Sibt. 

Midja internazzjonali rrapurtat li fl-Istati Uniti kien qed jiġi kkalkulat li kien hemm  aktar minn 250,000 proprjetà mingħajr provvista ta’ elettriku. 

Intant it-temp huwa mistenni li jibqa’ l-istess, tant li nħarġu diversi twissijiet, partikolarment fl-Lvant ta’ Louisiana, fil-Punent tal-Ġeorġja, fiċ-ċentru ta’ Tennessee u fil-Punent ta’ Florida. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport