Wednesday, December 25, 2024

Tromba f’New Orleans tħalli persuna mejta u ħsarat strutturali kbar

Aqra wkoll

Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha waqt tromba qawwija li laqtet lill-belt Amerikana ta’ New Orleans. Apparti hekk, f’dan il-fenomenu naturali għexieren ta’ djar ġarrbu ħsarat estensivi filwaqt li nqatgħet il-provvista tal-elettriku.

Din it-tromba laqtet uħud mis-subborgi li kienu ġarrbu ħsarat estensivi waqt l-uragan Katrina li kien laqat fl-2005.

It-tromba f’New Orleans kienet ikkawżata minn sistema ta’ maltemp li qiegħda tolqot numru ta’ stati fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti, li kkawżat xita u riħ qawwi fi stati bħal Louisiana, Missisippi u Alabama. 

Min-naħa tagħhom l-uffiċjali tas-salvataġġ jinsabu għaddejjin b’ħidma intensiva bil-għan li jsalvaw persuni li possibbilment setgħu nqabdu taħt it-tifrik. Apparti li kien  hemm persuna li tilfet ħajjitha, kien hemm rapporti ta’ għexieren oħrajn li sofrew ġrieħi. 

Ekonomija

Sport