Wara li l-President Amerikan Donald Trump issospenda sal-aħħar tas-sena diversi tipi ta’ visas temporanji għal ħaddiem barranin biex jaħdmu fl-Istati Uniti, issa ffirma ordni eżekuttiva li titlob lill-aġenziji federali biex jagħtu prijorità lill-ħaddiema Amerikani fuq dawk minn barra l-pajjiż.
Barra hekk, din l-ordni titlob li l-aġenziji federali jagħmlu awditjar intern biex jiżguraw li ma jiġux appuntati ħaddiema tekniċi barranin għal servizzi kompetittivi, bil-konsegwenza li jieħdu post l-Amerikani.
Jidher li din l-ordni ngħatat wara li l-Awtorità ta’ Tennessee Valley ħabbret il-pjan li toħroġ sejħa għal madwar 20% tal-impjiegi tagħha lil kumpaniji bbażati barra l-pajjiż.
B’riżultat ta’ dan, Trump qal li kien se jeħħi żewġ persuni appuntati fuq il-bord tad-diretturi ta’ din l-awtorità, fosthom iċ-Chairman James Thompson, filwaqt li hedded li jneħħi lill-Kap Eżekuttiv Jeff Lyash.