Sunday, December 22, 2024

Trump b’talba fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti 

Aqra wkoll

Donald Trump talab formalment lill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti biex tbiddel id-deċiżjoni tal-ogħla Qorti ta’ Colorado li pprojbietu milli jikkontesta f’dak l-istat fl-elezzjoni presidenzjali.

Sadanittant, diversi kawżi oħra ġew ippreżentati fi stati differenti, li lkoll ifittxu li jiskwalifikaw lil Trump mill-elezzjoni li se ssir f’Novembru li ġej. Il-Qrati f’Minnesota u Michigan ċaħdu sforzi simili biex jiskwalifikaw lill-eks President Amerikan. 

Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti fuq il-kwistjoni tal-eleġibilità ta’ Trump tkun waħda deċiżiva madwar il-pajjiż kollu. F’Maine u Colorado, Trump tneħħa mill-polza tal-vot wara li kien akkużat li inċita l-irvellijiet fil-Capitol tas-6 ta’ Jannar 2021. 

L-14-il emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tipprojbixxi lil kull min ikun “involut f’insurrezzjoni jew ribelljoni” milli jokkupa kariga federali. Fi stqarrija, il-kampanja ta’ Trump akkużat lill-Qorti Suprema ta’ Colorado u lill-President Joe Biden, li qegħdin jagħmlu “dak kollu li jistgħu sabiex iċaħħdu lill-votanti Amerikani billi jipprovaw ineħħu lil Trump.” 

Ekonomija

Sport