Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti se teqred kompletament l-impjanti tal-enerġija Iranjani jekk l-Istrett ta’ Hormuz ma jinfetaħx fi żmien 48 siegħa.
Min-naħa l-oħra, l-Iran wissa li se jkun qed jirritalja kontra l-infrastruttura tal-enerġija kollha marbuta mal-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani jekk l-impjanti tal-enerġija tiegħu jiġu attakkati.
Sadanittant, qed ikun irrapportat li aktar minn 100 persuna ndarbu wara attakki li saru fin-nofsinhar ta’ Iżrael. Fil-mira jidher li kien hemm faċilità nukleari, li tinsab 13-il kilometru bogħod mill-belt ta’ Dimona.
Iżrael ukoll wettaq sensiela ta’ attakki fis-sigħat li għaddew fuq il-kapitali Iranjana. Dan filwaqt li l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda qalu li interċettaw attakki bi drones u missili.

