Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar li kien neħħa lil Pam Bondi mill-kariga ta’ Avukat Ġenerali. Bondi kienet alleata kbira ta’ Trump u kemm-il darba mill-pożizzjoni tagħha ddefendiet lill-Amministrazzjoni Trump.
F’post, Trump faħħar lil Bondi għax-xogħol li wettqet kemm damet fil-kariga u qal li issa se timxi lejn is-settur privat biex tkompli hemm il-professjoni tagħha.
Bondi, fi żmien meta kienet fil-kariga kemm-il darba ġiet ikkririkata dwar il-mod kif mexxiet il-kwistjoni ta’ Jeffrey Epstein u anke l-mod kif mexxiet l-investigazzjonijiet.
Din hija t-tieni uffiċjal mill-Amministrazzjoni ta’ Trump li tneħħiet mill-kariga. Qabilha ftit tal-ġimgħat ilu tneħħiet mill-kariga Kristi Noem.
Trump ħabbar li Todd Blanche se jkun qiegħed jieħu post Bondi.
Min-naħa tagħha Bondi qalet li fl-aħħar ġimgħat kienet qiegħda taħdem ħafna fil-qrib ma’ Todd Blanche biex tgħaddilu x-xogħol kollu filwaqt li stqarret li kien ta’ unur kbir li sservi f’din il-kariga.

