Tuesday, April 1, 2025

Trump irrabjat ħafna ma’ Putin minħabba n-negozjati ta’ waqfien mill-ġlied

Aqra wkoll

Il-President Amerika Donald Trump qal li jinsab irrabjat ħafna mal-President Russu Vladimir Putin. Dan wara ġimgħat ta’ attentat biex jinnegozja waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.

F’intervista ta’ NBC News, il-President Amerikan qal li kien irrabjat ma’ Putin talli attakka l-kredibbiltà tal-President Ukren Volodymyr Zelensky.

Trump hedded li jimponi tariffa ta’ 50% fuq pajjiżi li jixtru ż-żejt Russu jekk ma jaqbilx mal- waqfien mill-ġlied.

Trump qal ukoll; “Jekk jien u r-Russja ma nistgħux nagħmlu ftehim dwar il-waqfien tat-tixrid tad-demm fl-Ukrajna, se npoġġi tariffi sekondarji fuq iż-żejt kollu li joħroġ mir-Russja.

Il-kummenti jimmarkaw bidla fit-ton ta’ Trump lejn Putin u r-Russja. Il-mexxejja Ewropej kienu inkwetati li Trump kien qed jgħajjar ma’ Putin hekk kif komplew in-negozjati dwar waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport