Il-President Donald Trump wiegħed li mhux se jkun qed jordna lill-Amerikani biex jilbsu l-maskri b’mod obbligatorju biex ikunu jistgħu jrażżnu t-tixrid tal-virus.
Waqt kumment li ta lil Fox News huwa qal li ma kienx jaqbel mal-mandat nazzjonali rigward l-ilbies tal-maskri minħabba li n-nies jeħtieġu “ċertu libertà” Huwa qal dan wara li l-espert fil-qasa, tal-mard infettiv Anthony Fauci qal li jeħtieġ li ssir pressjoni mill-mexxejja biex in-nies jibdew jilbsu l-maskri. Numru ta’ stati fil-pajjiż ordnaw li l-ilbies tal-maskra issir xi ħaġa obbligatorja.
Trump deher liebes il-maskra għall-ewwel darba sa minn meta feġġew l-ewwel każi tal-covid-19 il-ġimgħa li għaddiet.