L-eks President, Donald Trump wissa li jekk Joe Biden jibqa’ fil-kariga ta’ President, l-Istati Uniti se tkun qisa qiegħda titlef it-tielet gwerra dinjija. Huwa ddeskriva lil Biden, bħala l-iktar presidenti inkompetenti fl-istorja tal-pajjiż.
Huwa qal dan f’diskors, hekk kif kien qed jindirizza folla tal-partit Repubblikan waqt konferenza f’Maryland. Huwa rrimarka li l-Istati Uniti bilmod il-mod qed tinqered u li l-unika soluzzjoni li hemm, hi li tibda tisma’ minnu.
Wara li bies il-bandiera, Trump qal; “ Aħna kellna raġun fuq kollox. Wissejt kemm-il darba li Biden mhux kapaċi u nisħaq fuq il-fatt li jekk Biden jerġa’ ikun elett fl-elzzjoni presidenzjali, il-kbir għadu ġej”
Spjega kif sa erba’ snin oħra jekk jibqa’ jmexxi Biden, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni pubblika se jonqsu u jikkollassaw. Huwa temm jgħid li “Iċ-Ċina se tiddominana, mhux biss ekonomikament iżda militarment – hekk iridu u hemmhekk sejrin”.