Donald Trump qed jibqa’ jinsisti li mhuwiex se jaċċetta t-telfa elettorali anke jekk għall-ewwel darba jidher li qed jintebaħ li Joe Biden rebaħ l-elezzjoni presidenzjali.
“L-elezzjoni ntrebħet minn Biden għax kienet imbabsa” kiteb fuq Twitter il-President Repubblikan Donald Trump hekk kif kompla jsostni dwar frodi fil-proċess elettorali. Ftit tal-ħin wara din id-dikjarazzjoni huwa kiteb li ma kienx se jasal jaċċetta r-riżultat tat-3 ta’ Novembru li għadda.
Trump fetaħ kawżi legali b’rabta ma’ stati li huma determinanti fir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali iżda minkejja dan huwa naqas milli jissustanzja b’evidenza dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ frodi.