Xhur wara li qal li jista’ jtemm il-gwerra tar-Russja kontra tal-Ukrajna fi żmien jum, l-eks President Amerikan Donald Trump żvela dak li skont hu huwa “l-pjan” ta’ kif jista’ jagħmel dan.
F’Intervista ma’ Fox News, Trump spjega t-twemmin tiegħu li jsolvi dan il-kunflitt. B’referenza għar-Russja u l-Ukrajna, huwa qal li l-mexxejja dinjin huma intelliġenti iżda żied jgħid li minkejja kollox il-President Joe Biden mhuwiex kapaċi jindirizzahom.
Trump qal li “Dawn huma nies intelliġenti. Nista’ ngħaddi mil-lista sħiħa ta’ nies, inkluż Vladimir Putin. Dawn in-nies huma huma vizzjużi, u qegħdin fil-quċċata tal-logħba tagħhom”.
Trump għamel ukoll refernza għal Joe Biden, fejn qal li l-President attwali tal-Amerka ma għandux ħjiel ta’ x’qiegħed jiġri madwaru. Fl-intervista Trump kien mistoqsi wkoll dwar il-President Ukren Volodymyr Zelensky u qal li kien jafu sew.
Huwa temm jgħid illi kieku jgħid lil Zelensky sabiex jieqaf u jfakkru li hu għandu ftehim. Trump qal ukoll li lil Putin jgħidlu; “Jekk ma tagħmilx ftehim, se ntuhom ħafna iktar poter milli qatt kisbu.”