Sunday, December 22, 2024

Trump jgħid li jistenna li jiġi arrestat dwar l-irvellijiet fil-Capitol

Aqra wkoll

Donald Trump qal li jistenna li jiġi arrestat b’rabta ma’ inkjesta federali dwar l-irvellijiet li seħħew fil-US Capitol u l-isforzi li għamel sabiex jikkontesta r-riżultati tal-elezzjoni tal-2020.

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, l-eks President tal-Istati Uniti qal li huwa kien infurmat mill-avukat Jack Smith li huwa kien fil-mira ta’ investigazzjoni li kienet qiegħda ssir.

Trump qal li huwa kien mgħarraf li kellu jirrapporta quddiem ġurija, “li kważi dejjem dan ikun ifisser arrest u li tinħareġ att ta’ akkuża.” L-istess Avukat ma kkummentax dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ Trump.

Li kieku kellha tinħareġ tali Att tal-Akkuża, tkun it-tielet waħda għal Trump b’rabta ma’ allegati reati kriminali, inklużi 37 kap ta’ akkuża mressaq mit-tim ta’ Dr Smith f’Ġunju li akkuża lill-president li mmaniġġja b’mod ħażin dokumenti sigrieti.

Waqt li kien qed jitkellem f’Cedar Rapids, Iowa, it-Tlieta billejl, l-eks President esprima l-frustrazzjoni tiegħu b’rabta ma’ dan l-aħħar żvilupp. “Ma kontx naf prattikament b’dokumenti li jaslu għandi biex nitressaq fil-Qorti jew quddiem il-ġurija”.

“Issa qed insir espert u m’għandi l-ebda għażla oħra għax hekk irid isir,” huwa qal f’avveniment relatat mal-kampanja għall-elezzjoni presidenzjali. “Din hi tal-mistħija,” qal.

Ekonomija

Sport