Waqt li kien qiegħed jindrizza konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-gwerra mal-Iran daqt se tintemm, iżda ftit tas-sigħat wara ġie rraportat li l-Amerikani u l-Iżraeliti wettqu l-agħar attakki fuq il-kapitali Iranjana minn meta bdiet il-gwerra.
Trump qal li fl-Iran ma baqa’ xejn. Sostna li l-armamenti kollha tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Islamika tal-Iran (IRGC) ġew meqrduin u għalhekk ma baqalhomx biex iwettqu aktar attakki. Min-naħa tagħhom l-IRGC qal li dan mhux minni u l-kapaċità militari tagħhom għadha waħda f’saħħitha.
Il-President Trump wissa’ wkoll dwar l-Istrett ta’ Hormuz li minnu jgħaddu bastimenti biż-żejt li huma kruċjali għall-provista tad-dinja.

