Saturday, January 3, 2026

Trump jgħid li l-Istati Uniti attakkaw lill-Veneżwela … Maduro u martu jinsabu arrestati

Aqra wkoll

Il-President Donald Trump ħabbar kmieni s-Sibt filgħodu li l-Istati Uniti wettqet “attakk fuq skala kbira kontra l-Venezwela” u li l-President Nicolas Maduro u martu nqabdu u tkeċċew mill-pajjiż.

“L-Istati Uniti tal-Amerika wettqu b’suċċess attakk fuq skala kbira kontra l-Venezwela u l-mexxej tagħha, il-President Nicolas Maduro, li flimkien ma’ martu nqabdu u nħarġu ‘il barra mill-pajjiż,” kiteb fuq Truth Social.

“Din l-operazzjoni saret flimkien mal-Infurzar tal-Liġi tal-Istati Uniti. Id-dettalji se jingħataw aktar tard. Se jkun hemm Konferenza Stampa llum fil-11 A.M., f’Mar-a-Lago,” żied jgħid.

Iktar dettalji mal-ħin …

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport