Wednesday, February 18, 2026

Trump jgħid li se jkun involut ‘indirettament’ fit-taħditiet nukleari dwar l-Iran

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li se jkun involut “indirettament” fit-taħditiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti li bdew f’Ġinevra ilbieraħ filgħaxija.

Meta tkellem mar-rapporters abbord l-Air Force One, il-president tal-Istati Uniti żied jgħid li jemmen li l-Iran ried jagħmel ftehim dwar il-programm nukleari tiegħu.

It-tieni rawnd ta’ taħditiet fl-Iżvizzera segwa theddid militari ripetut kontra l-Iran minħabba r-repressjoni fatali tal-pajjiż fuq il-protesti kontra l-gvern u t-tilwima li għaddejja dwar il-programm nukleari tiegħu.

Nhar it-Tnejn il-Ministeru tal-affarijiet barranin f’Tehran qal li jemmen li l-pożizzjoni tal-Istati Uniti dwar il-kwistjoni nukleari kienet imxiet lejn “waħda aktar realistika”.

L-Iran li l-laqgħa tal-lbieraħ kellha tiffoka fuq il-programm nukleari tiegħu u t-tneħħija potenzjali tas-sanzjonijiet ekonomiċi imposti mill-Istati Uniti. Washington qabel indikat li trid tiddiskuti kwistjonijiet oħra wkoll, bħall-ħażna ta’ missili tal-Iran.

Filwaqt li ddeskriva t-taħditiet bħala “importanti ħafna”, Trump issuġġerixxa li Tehran kienet motivata din id-darba biex tinnegozja. “Ma naħsibx li jridu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ftehim,” qal Trump. Żied jgħid li l-Iran tgħallem il-konsegwenzi ta’ qagħda iebsa fit-taħditiet tas-sajf li għadda meta l-Istati Uniti bbumbardjaw siti nukleari Iranjani.

“Stajna kellna ftehim minflok ma nibagħtu l-B-2s biex inneħħu l-potenzjal nukleari tagħhom. U kellna nibagħtu l-B-2s,” qal Trump, b’referenza għall-ajruplani stealth li wettqu l-ibbumbardjar. “Nittama li se jkunu aktar raġonevoli.”

It-theddid tal-president seħħ fost żieda fil-militar tal-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani matul l-aħħar ftit ġimgħat.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport