Sunday, January 25, 2026

Trump jhedded lill-Kanada b’tariffi ta’ 100% minħabba ftehim kummerċjali maċ-Ċina 

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti hedded li jimponi tariffa ta’ 100% fuq il-merkanzija Kanadiża kollha jekk il-Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż jiffirma ftehim kummerċjali maċ-Ċina.

“Jekk il-Kanada jilħaq ftehim maċ-Ċina, minnufih se tiġi milquta b’tariffa ta’ 100% fuq l-oġġetti u l-prodotti Kanadiżi kollha li jidħlu fl-Istati Uniti,” kiteb Trump fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali tiegħu, Truth Social.

It-tensjonijiet bejn Trump u l-Prim Ministru Kanadiż Mark Carney komplew jiżdiedu fl-aħħar jiem, b’mod partikolari wara d-diskors li Carney għamel diskors f’Davos, l-Iżvizzera, li fih sfida l-akbar “potenzi” tad-dinja.

Fil-messaġġ tiegħu tas-Sibt, Trump irrefera għall-Prim Ministru bħala “Gvernatur Carney” u kiteb li “jekk huwa jaħseb li jista’ jagħmel lill-Kanada ‘port’ biex iċ-Ċina tibgħat oġġetti u prodotti lejn l-Istati Uniti, qed jiżbalja bil-kbir.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport