Monday, November 25, 2024

Trump jiddefendi lil żagħżugħ li qatel żewġ persuni u fera lil persuna oħra fi sparatura

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump iddefenda liż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, Kyle Rittenhouse, li qed jiġi mixli bi sparatura fil-belt ta’ Kenosha, liema sparatura ħalliet żewġ vittmi u persuna oħra midruba serjament.

Meta Trump ġie mistoqsi waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White house jekk jiddefendix l-aġir ta’ persuni li jieħdu f’idejhom il-ġustizzja – bħalma għamel rittenhouse – huwa wieġeb li ż-żagħżugħ ġie attakkat b’mod vjolenti. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Trump issuġġerew li ż-żagħżugħ aġixxa f’difiża.

Rittenhouse, li qed ikun rapportat li jappoġġja l-moviment favur il-pulizija Blue Lives Matter, ġie mixli b’żewġ kapi ta’ akkuża ta’ omiċidju u oħra ta’ attentat ta’ qtil wara li spara tiri b’arma tan-nar lejn tliet dimostranti f’Kenosha.

Il-belt ilha għal dawn l-aħħar jiem maħkuma minn tensjoni u vjolenza wara li l-pulixija sparaw seba’ tiri ta’ arma tan-nar f’dahar Jacob Blake, raġel ta’ karnaġġjon iswed.

Sport